top bar

Friday, 7 July 2017

BIL-FILMAT: L-għarusa tikkraxxja bil-ħelikopter u tmut hi u sejra għat-tieġ



Din hi storja li ġrat vera. Storja traġika li ġrat f'Sao Paolo, fil-Brażil, fil-ġimgħat li għaddew. Rosemere do Nascimento u Silva Udirley Damasceno huma koppja li kienu ser jiżżewġu b’mod spettakolari, għax bħala sorpriża, Rosemere ddeċidiet li tinżel fil-post fejn ser jiżżewġu permezz ta’ ħelikopter. 

Għalhekk, l-għarusa, li kellha 32 sena, flimkien ma’ ħuha u fotografu li kienet b’sitt xhur tqala, telgħu abbord dan il-helikopter u l-pilota saqhom sal-post tat-tieġ. Imma l-pjan falla bl-ikrah.
Waqt li kienu fi triqithom, il-ħelikopter kraxxja ftit ’il bogħod mill-post fejn kien se jsir it-tieġ u fejn kienu qed jistennewhom l-għarus u 300 mistieden. Mal-impatt, dawk kollha abbord fuq il-ħelikopter, jiġifieri l-għarusa, ħuha, il-fotografa u l-pilota mietu kollha.

F'dan il-filmat jidher il-mument meta seħħ l-inċident.


Il-pulizija u investigaturi tal-ajru għaddejjin bl-investigazzjonijiet neċessarji biex jiddeterminaw xi kkawża dan l-inċident fatali. Jidher li l-pulizija jidher li daħlulha rapporti li qed jgħidu li l-inċident seħħ minħabba li kien hemm viżibbiltà ħażina, sforz ta’ xita, ċpar u sħab.

No comments:

Post a Comment