Sunday, 30 July 2017

BIL-FILMAT: It-Tieġ tal-Ministru


Il-Ministru Ian Borg għadu kif tefa' highlights tal-video tat-tieġ tiegħu ma' Rachelle fuq Facebook.

Il-koppja kienu pjanaw id-data tat-tieġ ferm qabel ma tħabbret l-Elezzjoni Ġenerali għall-għarrieda, u f'Xarabank kienu ġew u rrakkontaw kif kienu qed jippreparaw għat-tieġ u għall-Elezzjoni.


Il-Ministru Borg kien qal li kellhom problema bl-inviti għax fuq l-invit kien laħaq niżżel ismu bħala Onorevoli, imbagħad inkwieta li sa wara l-Elezzjoni jista' jinbidel kollox, għax fi kliemu, "meta jasal it-tieġ ma nafx inkunx fil-Parlament u ma nafx jekk hux se nkun segretarju parlamentari u ma nafx inkunx fil-Gvern, għax it-tieġ wara l-Elezzjoni."



Kif jaf kulħadd, ġara li mhux talli baqa' fil-Gvern u fil-Parlament, imma talli spiċċa l-iżgħar Ministru bl-ikbar Ministeru fil-Kabinett.

Ian Borg twieled Ħad-Dingli u sar sindku ta' raħal twelidu meta kellu biss 18-il sena. Dakinhar kien l-iżgħar sindku ta' Malta u Għawdex. U b'kumbinazzjoni, it-tfajla li sab (li llum hija l-mara tiegħu), kunjomha Dingli!

Din hija l-intervista li konna għamilna magħhom meta ġew f'Xarabank, ftit jiem qabel l-Elezzjoni. Dakinhar, Ian u Rachelle kienu mistiedna ma' Clayton u Graziella. Clayton huwa l-head of operations tan-NET, u dak iż-żmien Graziella kienet kandidata għall-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista, u wkoll kienu żżewġu fi żmien l-Elezzjoni.




Xarabank jixtieq jawgura lil Ian u lil Rachelle ħafna paċi u mħabba.

No comments:

Post a Comment