sponsors

Sunday, 23 July 2017

BIL-FILMAT: It-tfajla li taħrab mid-dar ta' missierha biex tkun qrib il-maħbub tagħha


Ftit jiem ilu l-kantant Sebastian Calleja ħareġ il-vidjow mużikali 'Escape' li titkellem dwar il-ħarba mir-realtà.





Ma' Xarabank, Sebasatian jistqarr li din il-kanzunetta titkellem dwar tfajla li tiddeċiedi li taħrab mid-dar ta' missierha biex tkun qrib il-maħbub tagħha.

Jispjega kif l-idea tal-vidjow mużikali ġiet minn storja li għaddew minnha ħbieb antiki tal-familja tiegħu, li ħarbu flimkien u finalment żżewġu.

"Jonas Gladnikoff, Michael James Down u Primoz Poglajen, li kitbu din id-diska, saru jafu bija minn vidjow fuq YouTube li fih nidher inkanta fuq il-programm Ħadd Għalik. Wara avviċinawni u bagħtuli d-diska. Flimkien ma' Glen Vella, għamilt sena naħdem sew fuq id-diska. Imbagħad ħriġt bl-idea tal-vidjow, li ġie ffilmjat u editjat minn Luke Borg," jispjega Sebasatian.


Imma min hu Sebasatian Calleja? Sebasatian ilu jkanta għal dawn l-aħħar tmien snin. Pass importanti fil-karriera tiegħu seħħ fl-2014 meta kien wieħed mill-kantanti magħżula għal San Remo Junior u ftit xhur wara għal Microfono d'Oro, fl-Italja. Sebasatian kien irrappreżenta lil Malta ġew Ogae Eurovision Weekend f'Berlin fejn rebaħ l-ewwel edizzjoni u din is-sena kien wieħed mill-mistiedna flimkien ma' Glen Vella, Kurt Calleja u Claudia Faniello. Filwaqt li ġieli ħa sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordina ħa sehem fil-musical 'Qawmien'. Huwa wkoll wieħed mill-kantanti tal-programm Ħadd Għalik.

Jekk tixtieq issir taf fuq Sebasatian, żur il-paġna uffiċjali fuq Facebook.

No comments:

Post a Comment