sponsors

Wednesday, 21 June 2017

X'għandu daqshekk speċjali l-21 ta' Ġunju?



Jekk ma ħaristx lejn il-kalendarju, illum jaħbat il-21 ta' Ġunju u għalhekk b'mod uffiċjali nistgħu nsellmu lir-rebbiegħa u bis-sewwa u bid-dnewwa nistgħu nagħtu merħba lis-sajf. Minbarra li llum huwa l-ewwel jum tas-sajf, f'dan il-jum qed jiġru jew ġraw affarijiet oħra li jagħmlu dan il-jum iktar importanti milli diġà huwa.


1) Illum hija l-itwal ġurnata tas-sena

Ritratt: l-Imnajdra (http://civiltaanticheantichimisteri.blogspot.com.mt)
Illum hija l-itwal ġurnata tas-sena u bħal-lum iseħħ il-fenomenu tas-solstizju fejn ix-xemx tidher titla' f'allinjament ma' Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Dan ifisser li mil-lum sal-Milied il-ġurnata dejjem tiqsar u mill-Milied sal-21 ta' Ġunju, il-ġurnata dejjem titwal. Barra minn hekk fil-5:30 ta' filgħodu wieħed seta' jaqbeż qabża sa dawn is-siti storiċi biex jara din ix-xena..

2) Jitwieled id-Duka ta' Cambridge, il-Prinċep William


Ritratt: Il-Prinċep William (Hello Magazine)
Id-Duka ta' Cambridge, il-Prinċep William għalaq 35 sena. Huwa ngħata t-titlu ta' Duka ta' Cambridge mir-reġina fid-29 t'April 2011, ftit wara li żżewweġ lil Catherine Middleton. Il-Prinċep William huwa missier ta' żewġt itfal, ta' George Alexander Lewis u Charlotte Elizabeth Diane.

3) Il-Jum Internazzjonali tal-Yoga

Ritratt: gregoriwanoff.de
Fid-dinja llum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Yoga. Kien proprju fl-2014 il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi li kien issuġġerixxa din il-ġurnata għal żewġ raġunijiet; għax hija l-itwal ġurnata tas-sena u għax hija ġurnata sinifikanti għal ħafna partijiet tad-dinja.

4) Il-Jum Dinji tal-Mużika

Ritratt: Melodrive
Illum huwa jum importanti wkoll għal mużiċisti hekk kif il-Jum Dinji tal-Mużika. Dan il-jum beda jiġi ċċelebrat fl-1982 u bħal-lum il-mużiċisti madwar id-dinji jagħmlu diversi kunċerti b'xejn f'mużewijiet u stazzjonijiet tal-ferroviji bil-għan li jwasslu l-paċi u l-mużika b'xejn għal kulħadd.

5) Jiġi ppubblikat 'Harry Potter and the Order of the Phoenix'


Ritratt: Wikipedia

Fl-2003 ġie ppubblikat il-ktieb ta' J.K.Rowling 'Harry Poter and the Order of the Phoenix' u f'dan il-jum, amazon.com kien ħareġ iktar minn miljun kopja u barra minn hekk għandu rekord għax proprju f'jum wieħed inbiegħu mal-5 miljun kopja.

No comments:

Post a Comment