sponsors

Friday, 30 June 2017

"Nibża' li malli niftaħ il-bieba tal-karozza jidħol xi ġurdien"


Kitbitilna mara b'dan l-ilment: "Dan il-pajp li qed joħroġ minnu drain tal-kċina qed iġib il-ġrieden fit-triq li noqgħod fiha f'Marsaskala. Lanqas għadni nipparkja hemmhekk għax nibża' li malli niftaħ il-bieba jidħol xi ġurdien milli jkun hemm fuq il-bankina. Ġieli pparkjajt hemm qabel imma ġieli sibt il-bieba kollha ikel mill-ilma li jinżel mid-drain u li mbagħad jispiċċa jtir għal fuq il-karozza."


"Ilni tliet xhur nirrapporta din is-sitwazzjoni, fosthom lill-Kunsill Lokali li qalilna li din taqa' taħt ir-responsabbiltà tas-sanità. Kont bgħatt imejl lil tas-Sanità u wara xi żmien qalulna li skont in-notice li ntbagħtet irridu nagħtu ċans 3 ġimgħat biex is-sid tal-appartament jirranġa s-sitwazzjoni. Però wara li għaddew dawn it-3 ġimgħat, qalulna li ma jistgħu jagħmlu xejn għaliex is-sid ma jridx jaf u li jridu jħarrkuh għall-Qorti. Minbarra li din hija sitwazzjoni marbuta mas-sanità, hemm ukoll il-liġi li wieħed ma jistax jarmi l-affarijiet barra u fuq hekk għandu jiġi mħarrek. Sadanitant dan il-pajp se jibqa' hemm, se nibqgħu nbatu l-konsegwenzi sakemm tittieħed azzjoni."

Din il-ġimgħa, resident li joqgħod viċin ta' dan l-appartament ukoll ilment magħna dwar dan il-pajp.




No comments:

Post a Comment