sponsors

Thursday, 8 June 2017

Min huma l-membri tal-Kabinett?



Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat ħabbar il-Kabinett il-ġdid għal din il-leġiżlatura.


F'konferenza tal-aħbarijiet, Dr Muscat stqarr li biex għażel il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari żamm f'moħħu erba' kriterji; il-kompetenza, ir-riżultat personali, id-distribuzzjoni  ġeografika u l-esperjenza fil-parlament. Żied jgħid li minflok 17-il ministeru f'din il-leġiżlatura se jkun hemm 15 u minflok żied s-segretarji parlamentari.



Silvio Schembri – Segretarju Parlamentari responsabbi mis-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u servizzi finanzjari
Julia farrugia – Segretarju Parlamentari responsabbli minn ċittadindza, simplifikazzjoni u riformi
Chris Cardona – Ministru responsabbli minn ekonomija, investiment u negozji żgħar.
Evarist Bartolo – Ministru responsabbli minn xogħol u edukazzjoni
Clifton Grima – Segretarju Parlamentari parti milll-Ministeru tal-edukazzjoni, responsabbli minn żgħażagħ, sport u għaqdiet volontarji
Joe Mizzi – Ministru tal-enerġija u servizzi tal-ilma
Helena Dalli – Ministru għall-affarijiet Ewropej u ugwaljanza.
Aaron Farrugia – Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u djalogu soċjali
Edward Scicluna – Ministru tal-finanzi u kif ukoll għal entitajiet bħal Malita u l-Bank Nazzjonali tal-Iżvilupp.
Konrad Mizzi – Ministru għat-turiżmu.
Michael Farrugia – Ministru għall-intern u sigurtà nazzjonali
Owen Bonnici – Ministru għall-ġustizzja, kultura u gvern lokali.
Silvio Parnis – Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Deo Debattista – Segretarju Parlamentari għall-protezzjoni tal-konsumatur u Valletta 2018
Jose Herrera – Ministru għall-ambjent, żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima
Clint Camilleri – Segretarju Parlamentari għall-Ministru għall-Ambjent
Chris Fearne – Ministru għas-saħħa
Carmelo Abela – Ministru għall-affarijiet barranin u promozzjoni tal-kummerċ
Ian Borg – Ministru għat-trasport, infrastruttura u progetti kapitali, u l-ippjanar
Chris Agius – Segretarju Parlamentari għas-suq tal-propjetà
Justyne Caruana – Ministru għal Għawdex
Michael Falzon  – Ministru għall-familja u drittijiet tat-tfal
Roderick Galdes – Segretarju Parlamentari għall-akkomodazzjoni soċjali
Anthony Agius Decelis – Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità
Byron Camilleri – Whip tal-grupp parlmentari
Robert Abela – Konsulent legali tal-Prim Ministru
Iċ-Chief of Staff se jibqa' Keith Schembri.
Ritratt: The Malta Independent

No comments:

Post a Comment