sponsors

Tuesday, 27 June 2017

"Kont se nneħħi ħajti meta kienu se jaqtgħu l-kaċċa"


Victor Cremona huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Tranqsport. Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.
Victor huwa kaċċatur u fiż-żmien li kienu se jwaqqfu l-kaċċa fir-Rebbiegħa, kien se jtemm ħajtu sforz l-imħabba li għandu lejn dan il-passatemp.

Victor kien wieħed mill-aktar parteċipanti li sabha diffiċli! Il-post fejn joqgħod inzerta ftit ’il bogħod miċ-ċentru fejn jgħaddu l-aktar karozzi tal-linja, u allura, il-ġranet tiegħu kellu jippjanahom ftit aktar bir-reqqa mill-parteċipanti l-oħra.

Imma ammetta magħna li hemm ħafna vantaġġi. "Ma naħlix diesel, noqgħod bilqiegħda mingħajr ma jkolli għalfejn inżomm l-isteering u m'għandix għalfejn noqgħod b'seba' għajnejn li se joħorġli xi ħadd minn xi stop sign jiena u nsuq," qalilna.

Tkellimna ma' Victor dwar l-isfidi li sab. "Minn ħdejna tgħaddi biss darba f'siegħa u darba minnhom kelli ninżel għax ma ħallienix nitla' bil-kelba."

Iżid jgħid li darba minnhom mill-Imsida għan-Naxxar dam sagħtejn minħabba li tal-linja ma tgħaddix minn fejn joqgħod hu, u apparti minn hekk iżied jgħid li m'hemmx tal-linja diretta u b'hekk iddur bosta nħawi oħra qabel ma tasal fid-destinazzjoni finali.



Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Victor matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida. U jekk tixtieq li Victor jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq 52202055 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà! Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess tas-sid tat-telefown.

No comments:

Post a Comment