sponsors

Tuesday, 27 June 2017

Karl Stagno Navarra jirċievi ittra li fiha jhedduh li se jagħmlulu bomba



Aktar kmieni dalgħodu l-ġurnalist u preżentatur Karl Stagno Navarra ippostja ritratt fuq il-paġna ta’ facebook tiegħu, ritratt li juri ittra indirizzata lilu. Din l-ittra tgħid hekk: “KARL ISSA INT IMISS, MAGNETIC CAR BOMB QORMI.” Aħna tkellimna ma' Karl, li spjegalna kif ġrat.


Karl spjega kif din l-ittra rċevieha l-istudios tal-ONE ilbieraħ u ngħatat lilu dalgħodu għaliex mhux soltu li jirċievi ittri f'dan il-post, minħabba li kif spjega, hu ma jaħdimx hemmhekk imma jmur il-ONE biex jippreżenta l-programm. Karl stqarr li din ma kinitx l-ewwel ittra intimidanti li rċieva. Qal li l-ittri preċedenti kienu ittri li għalkemm kienu intimidanti kienu jinkludu biss tgħajjir u kliem oħra li joffenduh, mhux theddid ta' bomba.
“Din kienet waħda minn sensiela mhux l ewwel ittra, kien hemm minnhom intidmidanti imma kienu dejjem ta’ tgħajjir. Kienu joffenduni però din il-waħda partikolari kienet waħda li xxukkjatni ħafna.’’ 
Karl stqarr li tul il-karriera tiegħu kellu kollegi oħrajn li ġieli rċevew dawn it-tip ta’ ittri u anke wħud li kienu gravi daqs din u dejjem ħares lejhom b’mod serju però ammetta li din id-darba kien hu li rċieva din l-ittra u ħassu ixxokjat immens. Karl għadda din l-ittra lill-Pulizija biex b’hekk issir l-investigazzjoni mistħoqqa rigward dan il-każ ta’ theddid. 



Karl għalaq il-kumment tiegħu billi qal li għalkemm il-professjoni tal-ġurnaliżmu hija waħda li fiha tistenna dan it-tip ta’ aġir fil-konfront tiegħek, huwa jikkundanna kull tip ta’ intimidazzjoni, issir kif issir. Karl irringrazzja lil dawk kollha li ċemplulu u bagħtulu jew għamlu kuntatt miegħu biex juru is-soliderjetà miegħu.

Min-naħa tagħna nikkundannaw dan l-att u kull att bħal dan, jiġri fuq min jiġri, għaliex dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens f'soċjetà demokratika u ċivilizzata bħal tagħna.

No comments:

Post a Comment