Friday, 23 June 2017

Jidher li l-għalliema ta' din l-iskola f'Pembroke huma aktar eċitati għas-sajf mill-istudenti


F'dawn il-jiem jagħlqu l-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Għal ħafna mill-ġenituri din tfisser uġigħ ta' ras kbir, imma għall-istudenti u l-għalliema dan huwa l-bidu ta' dak li ilhom jistennew minn Ottubru li għadda.

U l-għalliema tal-Kulleġġ ta' Santa Klara ta' Pembroke ma tantx stħaw juru l-entużjażmu tagħhom fl-aħħar ġurnata tal-iskola!
L-għalliema ta' din l-iskola ngħaqdu flimkien u pproduċew dan il-video mis-soundtrack tal-film High School Musical. L-għalliema ħadu l-ewwel 30 sekonda mill-kanzunetta What Time is It u ffilmjaw lilhom infushom ġol-klassijiet, ġol-istaff room u ġol-grawnd fl-aħħar ġurnata tal-iskola.



U l-props li jispikkaw f'dan il-video huma dawk l-oġġetti u drawwiet li l-aktar kienu popolari fost it-tfal fis-sena skolastika li għaddiet - jiġifieri fidget spinners, il-bottle flipping u d-dab. Insomma...sabu opportunità biex jisfugaw kontra dawk l-aktar affarijiet li kienu joħdulhom rashom matul is-sena!

Din hija l-kanzunetta oriġinali mill-film High School Musical:

 

2 comments:

  1. Prosit lil dawn l-ghalliema ecc., li nisslu l-ferh u l-posittivita` taghhom fit-tfal ta` madwarhom....kudos.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Grazzi ħafna, Nunzio, nwassallek il-messaġġ :)

      Delete