top bar

Wednesday, 21 June 2017

Il-Parlament Malti fl-aħħar huwa magħqud



Wara li lbieraħ saru l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Laburista u ġew eletti l-aħħar kandidati tal-Gvern, illum ġew eletti wkoll l-aħħar kandidati tal-Oppożizzjoni wara li saru l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Nazzjonalista.

B'kollox, il-proċess biex jingħażlu l-kandidati kollha dam 18-il ġurnata, u b'hekk, issa, il-Parlament Malti huwa magħqud kollu u mistenni li jibda jiffunzjona fil-jiem li ġejjin. Dawn huma l-kandidati ġodda li telgħu wara l-Elezzjonijiet Każwali tal-bieraħ u llum:


Il-Partit Laburista

Mit-Tieni Distrett ġie elett Glenn Bedingfield wara li s-siġġu ġie battal minn Helena Dalli.

Mir-Raba' Distrett ġie elett Etienne Grech wara li s-siġġu ġie battal minn Chris Fearne.

Mill-Ħames Distrett ġie elett Stefan Zrinzo Azzopardi wara li s-siġġu ġie battal minn Joseph Muscat.

Mis-Sitt Distrett ġiet eletta Rosianne Cutajar wara li s-siġġu ġie battal minn Silvio Schembri.

Mit-Tmien Distrett ġie elett Edward Zammit Lewis wara li s-siġġu ġie battal minn Edward Scicluna.

Mid-Disa' Distrett ġie elett Manwel Mallia wara li s-siġġu ġie battal minn Michael Falzon.

Mit-Tnax-il Distrett ġie elett Clayton Bartolo wara li s-siġġu ġie battal minn Evarist Bartolo.


Il-Partit Nazzjonalista

Mis-Seba' Distrett ġie elett Godfrey Farrugia, kandidat tal-Partit Demokratiku, wara li s-siġġu ġie battal minn Beppe Fenech Adami.

Mill-Għaxar-il Distrett ġie elett Karol Aquilina wara li s-siġġu ġie battal minn Robert Arrigo. 

Mill-Ħdax-il Distrett ġie elett David Stellini wara li s-siġġu ġie battal minn Marthese Portelli.

Mit-13-il Distrett ġiet eletta Maria Fatima Deguara wara li s-siġġu ġie battal minn David Agius, u ġie elett ukoll Ivan Bartolo wara li s-siġġu ġie battal minn Simon Busuttil.

No comments:

Post a Comment