sponsors

Sunday, 4 June 2017

ESKLUSSIVA: "Ma konniex 'il bogħod minn fejn seħħ l-attakk" - Kantanta Maltija li tgħix u taħdem f'Londra

Il-kantanta Maltija Isabelle Luca Borg, li qed tistudja u taħdem Londra, tista' tgħoddha b'waħda hekk kif ilbieraħ kienet viċin ħafna tal-attakk terroristu li seħħ fuq il-London Bridge.

Ilbieraħ f'Londra, sitt persuni mietu fi tliet attakki li seħħew fil-London Bridge, wara li vann baqa' għaddej minn fuq in-nies li kienu mexjin fuqha.
F'xandira live li konna qed nagħmlu fuq l-internet, ftit minuti wara li seħħ l-attakk, Isabelle tistqarr magħna li ma tantx kienet tinsab tajba: "Qed nirtogħod ħafna bħalissa u għandi qalbi f'ħalqi għax ma konniex 'il bogħod minn fejn seħħ l-attakk." Tistqarr ukoll li kienet tinsab imwerwra u li rat dawl blu fuq il-bridge: "Dak il-ħin infqajt nibki għax ġraw affarijiet li jiena ma nifhimhomx u meta pruvajna nimxu kullimkien kien magħluq u domna nistennew taxi. Kien hemm ħafna traffiku għax f'żona oħra kien hemm attakk ieħor. 
Tispjega li dak il-ħin kienet qiegħda waqt ikla viċin il-London Bridge u wara l-ikla, hi u sħabha kellhom imorru jimxu lejn il-London Bridge. L-unika raġuni li ma kinux hemm dak il-ħin għax l-ikel tagħha kien kiesaħ u bagħtitu lura, u allura kellha tistenna iktar min-normal biex iġibuhulha lura.
Tirrakkonta l-mument x'ħin ħarġu mir-restorant: "Kif ħriġna, 'l hemmhekk konna se nimxu. Kien kumbinazzjoni kbir u nista' ngħoddha b'waħda għaliex żgur hemm anġlu jħarisni. 

No comments:

Post a Comment