sponsors

Sunday, 4 June 2017

ESKLUSSIVA: "Kien hemm paniku sħiħ fil-pjazza ta' Turin" - Charles Caruana



"L-affarijiet ikkalmaw imma dak il-ħin kien hemm paniku sħiħ fil-pjazza."

Dan huwa l-kliem ta' Charles Caruana li lbieraħ kien fi Piazza San Carlo f'Turin jara l-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid, meta fl-aħħar minuti tal-logħba nstemgħet splużjoni.
Waqt xandira live fuq l-internet, ma' Xarabank Charles jispjega x'ġara fil-pjazza: "Aħna smajna ħoss kbir ta' oġġett kbir ġej mill-bogħod." Minħabba li n-nies ħasbu li kien xi att terrorisku, Charles jistqarr li dan ma kienx minnu imma kulħadd beda jitla' fuq xulxin biex jaħarbu minn fuq il-post. Iżid jgħid li kien hemm min tela' fuq l-arbli u fi ftit sekondi bdew jaslu xi ambulanzi u anke karozzi tat-tifi tan-nar. Jispjega wkoll li kien għad baqa' biss 5 minuti jew ftit iktar biex tispiċċa l-logħba meta seħħ dan kollu.

Charles jitkellem ukoll fuq il-Maltin li kienu hemm u jgħid: "Għall-grazzja t'Alla l-Maltin rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post u milli naf jien kulħadd jinsab 'il bogħod mill-periklu iżda qed jingħad ukoll li weġġa' xi Malti." 
Charles kien qed jitkellem magħna live bit-telefown waqt xandira diretta li konna qed nagħmlu fuq Facebook f'Jum l-Elezzjoni Ġenerali lbieraħ filgħaxija. Charles tkelllem magħna meta kien diġa fil-lukanda ma' sieħbu.

No comments:

Post a Comment