top bar

Friday, 9 June 2017

Dalwaqt f'Xarabank nanalizzaw u niddiskutu r-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali


Ftit tal-minuti oħra jibda Xarabank fejn se nanalizzaw u niddiskutu r-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali.
In-nies li ħa jiddiskutu huma l-Avukat Karol Aquilina, l-Avukat Bernard Grech, l-Avukat u Perit Robert Musumeci, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia. 

Illejla wkoll ser niltaqgħu wkoll ma' Kristy u Jean Pierre Debono li huma l-koppja miżżewġa eletta fil-Parlament. Magħna se jkollna wkoll lill-iżgħar deputat elett sa issa, lil Clint Camilleri.

Fil-programm se jkollna wkoll suldat Malti li salva ħajja ta' raġel li kien qed jiekol fuq mejda maġenbu f'restorant.

Ritratt: Andrew Borg Carbott

No comments:

Post a Comment