top bar

Wednesday, 28 June 2017

Bil-Filmat - 'Żejt' jintrema fil-baħar ta' Ricasoli

Riċentament fuq Facebook qed ikun hemm ħafna posts relatati mal-bajja biswit Fort Ricasoli. Posts b'ritratti u filmati tal-post fejn juru pajp li jispiċċa fil-baħar u li minnu ħiereġ dak li jidher qisu żejt. 




Il-maġġoranza tan-nies li kkumentaw lura fuq l-istess posts jidhru li jinsabu diżappuntati ħafna b'dan l-aġir li s'issa ħadd mhu ċert minn fejn hu ġej. In-nies fil-kummenti tagħhom saħansitra jiddeskrivu kif dan il-pajp ilu hemmhekk 'il fuq minn 30 sena u saru diversi rapporti pero' qalu li baqa' ma sar xejn. 



Ritratt: Luke Zammit
Dan is-sit tkellem ma' Speranza Chircop li hija s-Sindku tal- Kalkara, fejn din qalet li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara ma rċeviex rapporti permezz ta' telefonati pero' saru jafu b'dan il-każ minn fuq Facebook u għalhekk qed jittieħdu passi neċessarji. Aktar dettalji jingħataw hekk kif il-Kunsill Lokali jagħmel kuntatt magħna bl-aħħar dettalji. 

Filmat - Keith Calleja

No comments:

Post a Comment