top bar

Saturday, 10 June 2017

BIL-FILMAT: Qattajna ġurnata mal-Prim Ministru dakinhar li ħa l-ġurament tal-ħatra


L-għada li rebaħ il-Partit Laburista, fil-jum tal-ġurament tal-ħatra, Xarabank qatta' dik l-għodwa ma' Dr Joseph Muscat.

Fit-8:00am, Xarabank mar id-dar tal-Prim Ministru f'Burmarrad fejn f'dak il-waqt kienet għaddejja quddiesa privata.


Xarabank tkellem ma' Fr Colin li spjega li fil-jum tar-rebħa tal-Partit Laburista kien qed jiekol għand familja u ċemplitlu persuna mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru: "Qalli li l-Prim Ministru jixtieq jibda b'quddiesa qabel ma jieħu l-ġurament."

Ritratt: Fr Colin

Ritratt: Etoile u Soleil
Mumenti qabel ma kienu fi triqthom lejn il-Belt, Michelle tistqarr li kienet qed tħossha kalma, filwaqt li Joseph Muscat jgħid: "Għall-inqas did-darba naf x'inhu ġej għax niftakar bejn wieħed u ieħor x'ġara erba' snin ilu. Fil-fatt moħħi diġà qed jaħseb fuq għada, jiġifieri din iċ-ċermonija iktar nagħmilha għan-nies, għall-familja u għall-ħbieb."



Meta mistoqsi x'inhu s-sigriet ta' dan is-suċess, il-Prim Ministru jistqarr: "Ma naħsibx li hemm sigrieti imma naħseb li trid taħdem ħafna, iżżomm kuntatt man-nies, qatt ma tikbirlek rasek, iżżomm saqajk mal-art u ma tissottovalutax l-intelliġenza tan-nies. Bħalissa l-akbar sfida li għandi u li għandna hi li dan ir-riżultat ma jistax jitla' għal rasna. Dik hija kruċjali għaliex ma tistax tara lin-nies dubbien. Dawk mislufin lilna mill-poplu."

No comments:

Post a Comment