sponsors

Friday, 23 June 2017

BIL-FILMAT: "Jiena nitlob għall-ISIS biex jagħrfu lil Ġesù" - Żagħżugħ Kattoliku

Ritratt: Benjamin Camilleri
Il-Ġimgħa f'Xarabank laqqajna ateu, Kattoliku, Musulmana u Born Again Christian f'diskussjoni dwar ir-reliġjonijiet.

Matul id-diskussjoni, Benjamin Camilleri, Kattoliku, stqarr li huwa jitlob għall-ISIS: "Jiena nitlob għalihom biex jagħrfu lil Ġesù." B'kuntrarju, Karima Glorianne Bonello, Musulmanam issostni: "Ma tistax titlob għal xi ħaġa tax-xitan għax l-ISIS huma kreaturi tax-xitan." Filwaqt li Phylisenne mill-Born Again Christian tistqarr li l-ISIS huma bnedmin ukoll, Benjamin iżied jgħid li huma kreatturi t'Alla. Karima Glorianne tispjega ssostni huwa kreaturi tax-xitan għaliex skontha li l-affarijiet li jagħmlu mhumiex affarijiet li jagħmluhom il-bnedmin." Madankollu Phylisenne tistqarr li kulħadd, inkluż l-ISIS, huwa bniedem u tagħmel referenza għall-ħalliel li kien mislub fejn Kristu. Barra minn hekk Phylisenne tistqarr li taħfrilhom lill-ISIS: "Jekk ma naħfirlhomx kif nista' niġi maħfura jiena."



Filwaqt li Karima spjega li Alla tal-Musulmani huwa l-istess Alla tar-reliġjonijiet l-oħra, Ben sostna li Alla mhuwiex l-istess Alla u dwar dan Phylisenne filwaqt li tenniet li ma temminx li Alla huwa l-istess wieħed tal-Musulmani, iżżid tgħid: "Jiena nemmen f'tliet persuni f'Alla wieħed." Min-naħa l-oħra Clint Cassar jgħid li m'hemmx Alla, m'hemmx kunċett ta' salvazzjoni u li Alla sar bniedem. 


Matul il-programm ġiet diskuss ukoll l-Ewkaristija fejn Ben spjega li fiha hemm Kristu. Filwaqt li Karima Glorianne ma qablix, qalet li m'hemm xejn u aqwa minn Alla. Min-naħa l-oħra Clint sostna li m'hemmx Kristu fl-Ewkaristija: "Le assolutament li m'hemmx Kristu fl-Ewkaristija għax ma fihiex effett." Phylisenne ċaħdet ukoll il-preżenza ta' Ġesù fl-Ewkaristija u qalet: "Il-ġisem ma jiswa xejn għax lil Alla ma nistgħux immissuh b'idejna u aħna m'aħniex kannibali. Alla ma jeżisti f'xejn magħmul mill-bniedem, u jiena minħabba li jiena tempju tal-Ispirtu, Ġesù qiegħed u jgħix ġewwa fija."

Ritratt: Glorianne, Clint u Phylisenne (Photocity Malta)

Dwar l-infern u x'hemm ġewwa fih, Karima qalet li skont it-tagħlim tal-Iżlam: "Fl-infern jintefa' misħun jagħli fuq in-nies, ikun hemm dlam ċappa kif ukoll nar." Filwaqt li Ben jispjega li fl-infern hemm firda totali bejn Alla u bniedem, itenni wkoll li hemm tbatija fiżika u hemm ukoll in-nar, u għal dan Clint rabat l-infern mal-maħfra ta' Alla lejn il-bniedem.

Matul il-programm spikka wkoll is-suġġett dwar ix-xbihat reliġjużi fejn filwaqt li Benjamin spjega li statwa reliġjuża tfakkrek f'realtà sopranaturali, Physilenne tagħmel referenza għall-Kelma t'Alla fejn fost oħra tistqarr li wieħed ma għandux jagħmel suriet minquxa u ebda xbieha ta' xi ħaġa li hemm fil-għoli tas-sema. Madankollu Ben qabbel dan il-kunċett ma' ritratt li wieħed ikollu fuq il-mowbajl biex ifakkru f'persuna għażiża għalih, u Peppi żied jgħid miegħu li ma fiha xejn ħażin li wieħed ikollu ritratt tal-mara jew tat-tifel. Ben sostna li statwa, bħal ritratt, ma tadurahiex u ma tkunx qed titlob lilha iżda għal dik ir-realtà sopranaturali li din l-istatwa tkun qed tirrappreżenta. 

No comments:

Post a Comment