top bar

Saturday, 3 June 2017

BIL-FILMAT: Destiny f'Xarabank tal-bieraħ


Minkejja li l-kantata Destiny Chukunyere ma rnexxilhiex tgħaddi għall-finali ta' Britain's Got Talent, hija tispjegalna ftit l-esperjenza tagħha.

Sabiex Destiny waslet sa fejn Simon Cowell ma kienx proċess faċli u fil-fatt tgħid: "Biex wasalt fejn Cowell bdejt l-auditions tiegħi minn Awwissu li għadda u fl-aħħar irnexxieli." U proprju kien dakinhar li għaddiet għas-semifinali li ltaqgħet ma' Simon Cowell għall-ewwel darba. 



Tispjega kif Simon Cowell qalilha li kien ġie hawn Malta u li kien mar Marsascala, u malli saret taf dan kollu ħassietha iktar komda miegħu. Destiny tiddeskrivi lil Cowell bħala bniedem li jmur mill-ewwel dritt għall-punt: "Jekk għoġobtu għoġobtu imma jekk ma għoġobtux mhux ħa jiddejjaq jgħidlek li ma għoġobtux."

Meta kienet l-Ingilterra lil Destiny waqfuha diversi nies u tirrakkontalna kif hija u tistenna biex tirkeb il-London Eye bdew jagħrufha n-nies, u bdew joħdulha r-ritratti u anke jkellmuha. Destiny titkellem ukoll fuq il-popolarità u tistqarr: "Li nieħu pjaċir li kieku nkun popolari wisq, mhux għax ikolli l-fama imma għax in-nies ikunu qed jieħdu pjaċir bit-talent tiegħi. L-iktar li nixtieq hu li meta jarawni n-nies, iħobbu l-kant li nkanta u li jieħdu pjaċi mal-prestazzjoni tiegħi."

Li kieku kellha tirbaħ Britain's Got Talent Destiny kienet lesta li tmur l-Ingilterra imma tammetti li kieku kienet timmissja lil sħabha, lill-familja tagħha fosthom lin-nannu u lin-nanna.

Destiny tispjegalna wkoll x-xewqa tagħha: "Nixtieq li jkolli tour personali tiegħi u li n-nies jiġu x-xow tiegħi." Tgħidilna wkoll li kieku jkollha tagħżel kantanta biex tkanta magħha tkun Aretha Franklin għax fl-auditions kantat il-kanzunetti tagħha.

Destiny ittemm din l-intervista billi tirringrazzja lill-poplu kollu: "Nixtieq ngħid grazzi lill-Maltin u lill-Għawdxin tas-sapport, li ssewguni u li tibagħtuli xewqat sbieħ. Ngħilkom li nħobbkom ħafna!."

No comments:

Post a Comment