Friday, 9 June 2017

Attentat ta' ħruq mal-bieb tal-klinka ta' Jeffrey Pullicino Orlando


Bħalissa qed għaddejja investigazzjoni min-naħa tal-Pulizija wara attentat ta' ħruq mal-bieb tal-klinika tad-dentistrija tal-kandidat Laburista Jeffrey Pullicino Orlando f'Ħaż-Żebbuġ.
Ma' Xarabank kelliema għall-Pulizija qalet li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:35pm fi Triq Dun Mikiel Xerri.

Spjegat li kienu żgħażagħ tal-armar li indunaw bin-nar u kienu huma li tfewh b'ċilindru tat-tifi tan-nar.

Filwaqt li ħadd ma weġġa', il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni u nfetħet inkjesta maġisterjali.

Ritratt: One News


No comments:

Post a Comment