sponsors

Tuesday, 20 June 2017

Allegat attentat ta' attakk terroristiku fi Brussel

Il-Pulizija tiddikjara li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontrol wara li fi stazzjon tal-ferrovija fiċ-ċentru ta' Brussel instemgħu ħsejjes qawwija ta' splużjoni.

Suldati barra l-istazzjon fiċ-ċentru ta' Brussel, ritratt minn AP/Geert Vandeen




Ftit tal-ħin ilu stazzjon li jinsab fiċ-ċentru ta' Brussel ġie evakwat wara li allegatament kien hemm attentat ta' attakk suwiċida fl-istess stazzjon. Fuq il-post kien hemm pulizija u suldati li fi ftit ħin irnexxielhom jinnewtralizzaw is-sitwazzjoni u saħansitra jaqbu l-imputat.

Dan l-inċident ħoloq paniku kemmxejn kbir fost dawk li kienu preżenti fl-istazzjon fl-istazzjon għalhekk is-sitwazzjoni dehret li kienet waħda ta' paniku bejn l-individwi li provaw joħorġu 'l barra mill-istazzjon fl-inqas ħin possibli.

Il-Pulizija għalqu l-parametri tal-istazzjon biex b'hekk ikunu jistaw ikomplu jinnewtralizzaw is-sitwazzjoni u ssir l-investigazzjoni meħtieġa.




No comments:

Post a Comment