Friday, 30 June 2017

10 pariri għal dan is-sajf...


It-temperaturi huma ogħla mill-medja u minkejja d-diversi twissijiet mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, aħna iddeċidejna li nfakkrukhom fi ftit pariri għal dan is-sajf.

1) Ixrob ħafna ilma

Din bħalissa ssibha f’kull avviż imma importanti ħafna li tixrob ħafna ilma għax temperaturi għolja jikkaġunaw iktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jistgħu jikkaġunaw dehydration. Tistenniex li tkun bil-għatx biex tixrob. U jekk ma tħobbux, żid ftit frott miegħu. Hu rrakkomandat li persuna għandha tixrob minn tal-inqas 3 litri fis-sajf.



2) Żomm ġismek imxarrab

Agħmel attivitajiet li bihom iżżomm ġismek imxarrab. Iffriska ruħek... le żomm.... ruħek ma tistax tiffriskaha. Insomma fi kliem ieħor tbaħbaħ!



3) Ibqa' fid-dell

Ixgħel l-arja kkondizzjonata, poġġi liżar fl-art, ftit ikel ġo qoffa, pakkett crisps, erba' cushions u ntefa'. U jekk filgħaxija, tista’ tixgħel ftit xemgħat ukoll.



4) Agħsar frott frisk

Ħallik mill-ġelat u agħsar frott frisk biex tagħmel xi smoothy tajjeb! Idealment meraq kiesaħ, b’iktar sustanzi u b’ħafna inqas zokkor. Żejjen tazza, poġġi straw u ixrob bil-mod.



5) Ikel frisk

Kul ikel kiesaħ u evita li tixgħel il-forn... ħlief jekk tkun se ssajjar xi kejk tajjeb taċ-ċikkulata.



6.) Iffriża x-xugamani

Xarrab biċċiet tad-drappijiet bħal xugamani, agħsarhom tajjeb, daħħalom fil-friża u żommhom miegħek. Ituk dehxa li tieħu gost biha.


7) Ħu ħsieb dak l-annimal


Jekk għandek xi annimal, bħal kelb, qattus jew fenek, ara li żżommu frisk ukoll. Tħallihx marbut barra fis-sħana u ara li jkollu ilma frisk, groomed u silġa tal-ilma ma tagħmilx ħażin lanqas.

8) Uża deodorant

Kun ħanin ma’ ħaddieħor u uża deodorant. Għal ħafna minna r-riħa tal-għaraq huwa l-agħar effett tas-sajf. Apparti li jxarrablek il-ħwejje, hemm ir-riskju li xi ħadd jagħtih xi ħass ħażin bir-riħa!



9) Iċċaqlaq!

Li barra tkun is-sħana mhijiex skuża biex tnaqqas mill-eżerċizzju. Agħmel użu minn pixxina, gym, agħmel yoga d-dar u evita li toħroġ timxi jew tiġġoggja bejn il-11:00am u l-4:00pm.


10) Dak l-imgħarraq nemus



Diment li ma tgħix ġo bużżieqa, in-nemus fis-sajf iqattgħak. Iż-żejt taċ-ċitronella hu magħruf li jżomm l-insetti 'l bogħod u din hi vverifikata minn riċerka. Evita li tuża żejt pur taċ-ċitronella fuq il-ġilda tiegħek. Dan iż-żejt jista' jikkawża irritazzjonijiet tal-ġilda jew reazzjonijiet allerġiċi f'persuni b'ġilda sensittiva. In-nisa tqal għandhom joqogħdu attenti meta jużaw iż-żejt taċ-ċitronella, minħabba li l-ġilda tagħhom hija sensittiva ħafna matul dawk id-disa' xhur. Ukoll, iż-żejt taċ-ċitronella m'għandux jintuża fuq trabi u tfal żgħar minħabba li l-ġilda tagħhom tkun delikata.

Issa attent li ma taqbiżlekx għax is-sħana tal-ġisem mas-sħana ta’ moħħok ma tantx ikunu sbieħ flimkien. Tifqanix...

Kitba: Gino Tanti

No comments:

Post a Comment