sponsors

Wednesday, 24 May 2017

"Wara għaxar snin reġa' kellna tarbija" - Matthew

         Ritratt: Matt u Janica flimkien ma' binhom Zack
Wara għaxar snin minn meta kellu l-ewwel tarbija tiegħu, Mattthew Colerio, li kien vittma tad-droga, reġa' sar missier.


Ma' Xarabank, Matthew jispjega li kien il-Ġimgħa li għadda, fis-13:37, li fil-familja tagħhom żdiedilhom membru ieħor, lil Jake. Jistqarr: Jiena u l-partner tiegħi Janica, ninsabu kuntenti ħafna li għaxar snin wara li twieled Zack, reġa' kellna tarbija."

Għal madwar disa' snin, Matthew kien vittma tad-droga u kien f'mument ta' festa f'Ta' Sliema li rrealizza li kull fejn kien qed iħares, kien qed iħossu mdawwar minn nies li kellu jagħtihom il-flus. Filwaqt li qabel ma kienx jaċċetta li kellu l-vizzju tal-kokaina, dak il-ħin irrealizza bil-problema li kellu.

Matthew u Chiara Fenech flimkien ma' Peppi Azzopardi
Il-ħajja ta' Matthew kienet ikkontrollat minn din id-droga tant li ma kienx joħroġ mid-dar jekk ma kellux butu mimli droga. Dan il-vizzju, li affettwah anke finanzjarjament, sab it-tmiem tiegħu wara li għamel sena jsegwi programm ta' riabilitazzjoni mal-Caritas. Fil-fatt fl-2012, Matthew kien ipproduċa l-programm ta' Xarabank li kien ittella' b'risq il-Caritas. Illum b'sodisfazzjoni jtemm jgħid: "wara disa' snin nieħu d-droga, ilni mill-2010 ma nieħu droga."

No comments:

Post a Comment