Monday, 29 May 2017

Jilbes il-gear għall-aħħar darba wara 25 sena



Francesco Totti, wieħed mill-plejers leġendarji li qatt ra l-futbol Taljan ta' kull żmien, ilbieraħ fil-grawnd Olimpico ġewwa Ruma lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim ta' AS Roma.


Kull min għandu passjoni għal futbol Taljan ilbieraħ segwa l-aħħar mumenti li Totti temm wara 25 sena mat-tim tar-Roma. Totti, li għandu 40 sena, lagħab 785 logħba u skurja xejn inqas minn 307 gowls mat-tim ta' AS Roma.

"Wasal it-tmiem ta' din il-mixja li għamilna flimkien għal dawn l-aħħar 25 sena b'dan il-gear ma' dan it-tim. Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi, lid-diriġenti, lill-presidenti u 'l-coaches li għamlu parti minn dan it-tim f'dawn il-25 sena. Iżda fuq kollox nirringrazzja lilkom li kontu hemm miegħi u tajtuni sostenn matul dan iż-żmien." Dawn kienu wħud mill-aħħar kliem ta' Totti li bid-dmugħ f'għajnejh għall-aħħar darba għix il-mument bħala plejer ta' Roma. Ilbieraħ ra grawnd kommos li tilef ikona u fuq kollox tilef il-captain li mexxa lit-tim għal ħafna snin.







Kienu bost dawk li kitbu fuq siti soċjali messaġġi lil Francesco Totti bħala sostenn kif ukoll kummenti ta' dispjaċir li jaraw ikona oħra ssellem il-futbol Taljan, fosthom plejer li b'xi mod kienu parti mill-istess skwadra ta' Totti mar-Roma jew  man-nazzjonal. 






Mat-tim tar-Roma Totti apparti li rebaħ darba s-Seria A fis-sena 2001, rebaħ darbtejn il-Coppa Italia u s-Super Coppa Italiana kif ukoll rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim Taljan fl-2006 fejn kien ukoll protagonist għaliex b'gowl fl-aħħar minuti kontra l-Awstralja mexxa lit-tim tiegħu għall-kwartifinali. Totti rebaħ ukoll dawn l-unuri u rekords personali 

Guerin d'Oro (2): 1998, 2004
  • Serie A Young Footballer of the Year: 1999
  • UEFA Euro 2000 Final: Man of the Match
  • UEFA Euro 2000Team of the Tournament
  • Serie A Footballer of the Year (2): 2000, 2003
  • Serie A Italian Footballer of the Year (5): 2000, 2001, 2003, 2004, 2007
  • ESM Team of the Year (3): 2000–012003–042006–07
  • FIFA 100
  • Serie A Goal of the Year (2): 2005, 2006
  • 2006 FIFA World Cup All-Star Team
  • 2006 FIFA World CupAssist Leader
  • Serie A Assist Leader: 1998–992006–07,2013–14
  • Serie A Top Scorer2006–07
  • European Golden Shoe: 2006–07
  • Pallone d'Argento: 2007–08
  • Golden Foot: 2010
  • Premio Nazionale Carriera Esemplare "Gaetano Scirea": 2014
  • Premio internazionale Giacinto Facchetti: 2014
  • All-time UEFA European Under-21 Championship dream team: 2015
  • Roma All-Time Leading Goalscorer: 307 goals


Bla dubju qatt mhu ser jintesa dan il-leġġenda, mhux biss għal dak li għamel mat-tim tar-Roma iżda wkoll għall-ispettaklu li offra għall-futbol internazzjonali.

Iżda baqa' biss mistoqsija waħda li kulħadd qed jistaqsi. X'se jkun il-futur ta' Francesco Totti? Ser ikun qed jissieħeb ma' tim ieħor barra mill-Italja jew ser jissieħeb u jaċċetta l-offerta ta' diriġenza tat-tim ta' Ruma u jagħmel parti mid-diriġenza ta' din l-iskwadra tant għal qalbu?


Kitba: Matthew Vassallo

No comments:

Post a Comment