Friday, 5 May 2017

Marlene Farrugia mhedda b'ħajjitha


Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ġiet mhedda b'ħajjitha fuq il-midja soċjali.


Fuq Facebook, l-eks-Whip Laburista u sieħeb ta' Marlene Farrugia, Godfrey Farrugia, spjega li "jekk xi ras sħuna taħseb li hi għandha l-jedd li thedded lis-sieħba tiegħi, Marlene, b'ħajjitha (bħalma pereżempju għamel il-fake profile ta' Mario Baldacchino u oħrajn) għax hi bi dritt, tista' tesprimi fehmitha bħala ċittadin u mexxej ta' partit politiku, se jgħarralkom."

Jgħid li "aħna qed ngħixu f'pajjiż fejn id-dritt fundamentali tal-bniedem għall-fehma, għall-espressjoni u għall-assoċjazzjoni huma fundamentali u fejn r-regola tal-liġi suppost tirrenja. Aħna parti mill-Ewropa fejn id-demokrazzjoni hi t-tarka tal-libertà u l-ħelsien vera."

Filwaqt li sostna li ddispjaċieh li nnota dan l-għemil kodart, qal li llum se jirrapporta lill-Pulizija u jittama li jsib il-protezzjoni mistħoqqa.





No comments:

Post a Comment