Monday, 22 May 2017

BIL-FILMAT: L-impjant ta' Sant' Antnin jieħu n-nar





Aġġornata (20:01) F'konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, u l-Ministru għas-Sigurta Interna, Carmelo Abela, ikkonfermaw li n-nirien infirxu fit-taqsima fejn jinħadem il-materjal RDF, dak il-materjal tal-borża l-griża. 

Għaldaqstant, dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.


Aġġornata (15:51): Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi biex iżommu l-bibien u t-twieqi magħluqa. Iħeġġeġ ukoll li jekk jidħlulhom xi dħaħen mill-ventilazzjonijiet, joħorġu 'l barra mir-residenza tagħhom u jmorru xi mkien għall-arja minħabba li d-duħħan jista' jkun tossiku.

Aġġornata (14:44):

Kien għall-ħabta tas-13:45 li l-Pulizija ġew infurmati bil-każ. Il-ħaddiema u l-vetturi ġew evakwati minn fuq il-post u Triq Sant' Antnin tinsab magħluqa għat-traffiku. Sa issa n-nar għadu ma ntefiex.



Qabel:

Daħna kbira qed tidher minn diversi postijiet madwar Malta wara li l-impjant ta' Sant'Antnin nħakem minn nirien qawwija.

Ma' Xarabank, il-Pulizija qalet li fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nirien.

Sa issa ma ġewx rapportati nies midruba.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.







Filmat: Gian Paul Desira
Ritratt tal-faċċata: Claire Bonello

No comments:

Post a Comment