sponsors

Sunday, 14 May 2017

Kellhom jieqfu jiktbu 'onorevoli' fuq l-inviti tat-tieġ minħabba l-elezzjoni!

Ritratt: Ian flimkien ma' Rachelle

Il-kandidat tal-Partit Laburista Ian Borg u Rachelle, li ser jiżżewġu f'Lulju li ġej, kellhom jieqfu jiktbu l-inviti għaliex fihom kienu qed jiktbu 'Onorevoli.'


F'Xarabank Ian jispjega li kien mingħalih li l-elezzjoni se ssir f'Marzu u jgħid li "aħna ppjanajna li niżżewġu eżatt malli tispiċċa l-presidenza ħalli mbagħad fis-sajf immorru honeymoon u eżatt wara Santa Marija nirrankaw għall-elezzjoni!" Barra minn hekk, Rachelle tispjega li lil sħabha kienet tgħidilhom li qed tbassar li l-ġurnata tat-tieġ se taħbatilha mal-elezzjoni.

Minbarra li l-elezzjoni ħabtet fi żmien tal-preparamenti tat-tieġ, Ian u Rachelle għandhom problema oħra, din id-darba bl-inviti. Ian jispjega li "konna qed niktbu l-inviti u kellna nieqfu nqassmuhom għaliex konna qed niktbu Onorevoli lil xi mistiedna u issa rrealizzajna li sat-tieġ, biċċa minn dawk li kienu onorevoli jistgħu ma jibqgħux sat-tieġ." Madankollu, problema ikbar minn hekk hi li fl-invit kienu diġà kitbu 'L-Onorevoli Ian Borg u Rachelle Dingli jistiednu lil' u Rachelle tispjega li "jekk Ian ma jibqax onorevoli se jkollna nqattqgħuhom kollha naħseb!" Ian iżid jgħid li "jien ma nafx jekk hux se nkun għadni onorevoli fit-tieġ, ma nafx jekk hux se nkunu għadna fil-gvern u issa għat-tieġ jew inżid ix-xampanja jew inżid il-lumi."

Ħaġa interessanti wkoll hi li filwaqt Rachelle kunjomha Dingli, Ian kien l-iżgħar sindku ta' Ħad-Dingli. Kienet in-nanna ta' Rachelle li laqgħet lil Ian u lil Rachelle flimkien u Ian jistqarr li "nannitha kienet taħdem Kastilja u jiena kont ngħidilha "sellili għan-neputija" u minn hemm bdiet l-istorja."

Ritratt: PhotoCity Malta

No comments:

Post a Comment