sponsors

Tuesday, 2 May 2017

"Joseph Muscat temm ħesrem il-Gvern tiegħu minħabba l-istat ta' instabbiltà li ninsabu fih"


Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil isostni li r-raġuni li Joseph Muscat temm ħesrem il-Gvern tiegħu wara biss erba’ snin hija għaliex f'pajjiżna ninsabu fi stat ta' instabbilità u inċertezza.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Simon Busutill spjegali din l-instabbiltà u inċertezza ġejja mill-istat ta’ kriżi illi qiegħed fih pajjiżna.Qal li din il-kriżi nħolqot għaliex Joseph Muscat jinsab taħt investigazzjoni kriminali u ma rriżenjax u għaliex Keith Schembri jinsab taħt investigazzjoni kriminali bil-provi miġjuba kontrih. Sostna li din il-kriżi nħolqot ukoll għaliex ir-road map ta’ Joseph Muscat, ta’ Keith Schembri u ta’ Konrad Mizzi hija ta’ kif se jagħmlu l-flus minnha u mhux kif se jagħmlu l-ġid lill-poplu Malti u Għawdxi.

Filwaqt li jsostni li l-Prim Ministru qed jibża’ li r-riżultat tal-inkjesta jkun kontrieh, jistaqsi x’se jiġri jekk wara li jirbaħ il-Partit Laburista u r-riżultat tal-inkjesta jkun kontrieh. Dr Busuttil jispjega li minflok Joseph Muscat irriżenja u ħalla lil ħaddieħor imexxi floku, waqqa’ lil kulħadd miegħu u daħħal lill-pajjiż kollu f’elezzjoni bikrija għaliex spiċċa dahru mal-ħajt. Żied jgħid li dan joħroġ b’mod l-aktar ċar fl-ittra li ntbagħtet mid-Deputat Laburista Dr Godfrey Farrugia lil Joseph Muscat.

Simon Busuttil għamel referenza għall-ittra ta’ Dr Farrugia li fiha spjega li l-azzjoni ħażina ma ġietx irrimedjata f’waqtha u din ħalliet riperkussjonijiet li tefgħu lill-Gvern Laburista wiċċu mal-ħajt u biha tilef il-fibra morali. 

Żied jgħid li huwa jifhem li n-nies tilfu l-fiduċja fil-politiċi imma jisħaq li hu mhu se jittradixxi lil ħadd. Reġa' sostna li l-għażla tinsab bejn Joseph Muscat u Malta, u jinsab fiduċjuż li l-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel lil Malta.

Dr Busuttil spjega kif se joħroġ tliet programmi elettorali; wieħed prinċipali, ieħor għal Għawdex u ieħor għaż-żgħażagħ. B’referenza għal dak li propona l-Partit Laburista dwar it-tnaqqis tat-taxxa, Dr Busuttil jispjega li din ttieħdet minn proposti li kien diġà ressaq il-Partit Nazzjonalista stess. Jispjega li l-proposti ta’ Dr Muscat ma jindirizzawx il-problema ewlenija imma qiegħed jagħlaq għajnejh quddiem il-korruzzjoni.

No comments:

Post a Comment