top bar

Thursday, 4 May 2017

Jekk qed tgħix barra minn Malta u trid tivvota, dan huwa x'għandek tagħmel

Jekk bħalissa qed tgħix barra minn Malta jew taf lil xi ħadd li qed jgħix barra minn Malta, dan huwa x'għandek tagħmel biex tivvota fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta' Ġunju.

L-Air Malta qed tipprovdi biljett bir-ritorn għal €90. Biex tgawdi minn din l-offerta trid tiġi Malta bejn l-24 ta' Mejju u 3 ta' Ġunju u trid tmur lura bejn it-3 ta' Ġunju u 7 ta' Ġunju.

Ovvjament, din l-offerta jistgħu jibbenefikaw minnha biss dawk il-persuni li huma eliġibbli li jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali! Imma jekk int miżżewweġ jew miżżewġa lill-barranin, jew qed tistudja jew qed taħdem barra, jew forsi għaddej minn trattament mediku barra minn Malta, jew forsi qed tieħu ħsieb lil xi ħadd minn dawn il-persuni, din l-offerta hija għalik.

Tista' wkoll tagħżel li tivvota ġimgħa qabel, jiġifieri fis-27 ta' Mejju, u biex tagħmel hekk trid tapplika fl-Uffiċċju Elettorali, li qiegħed fil-binja Evans, il-Belt.
Il-bookings tat-titjiriet jistgħu jsiru billi ċċempel fuq (+356) 25991230. Iċ-ċentru se jkun miftuħ bejn it-Tnejn u s-Sibt mit-8:00am-09:00pm, u l-Ħadd mit-8:00am-05:00pm, mill-Ħamis 4 ta' Mejju fit-08:00am.
Ritratt: FivePrime.org

No comments:

Post a Comment