Wednesday, 10 May 2017

Iż-żagħżugħ Malti li fix-xelter jiskopri li għandu talent li jwasslu biex ikun f'wieħed mill-films ta' Hollywood


L-attur u tenur Malti Oreste Chircop twieled il-Ħamis, 26 ta’ Lulju fil-Ħamrun. Kien il-ħames minn familja ta’ għaxra. U miet bħal-lum 19-il sena ilu.

Irrealizza il-kapaċitajiet tiegħu waqt li kien ikun fix-xelters fi żmien il-gwerra. Ħa l-lezzjonijiet għand it-tenur Nicolo Baldacchino u iddebutta fil-Cavalleria Rusticana.

Fl-1948 iltaqa’ mal-baritonu Malti Joseph Satariano li inkoraġġieh jibda karriera fl-Ingilterra. Oreste sema’ minnu u fl-1950 mar l-Ingilterra fejn kellu diversi partijiet ewlenin fostom fir-Royal Opera HouseConvent Garden bħala d-Duka fir-Rigoletto.

Fl-1956 intrabat b’kuntratt biex ikanta fil-parti ewlenija fil-film The Vagabond King bħala Francois Villon. Dan kien film mużikali Amerikan ibbażat fuq il-play If I Were a King.


The Vagabond King dam jidher għal diversi snin bla kulur, jiġifieri black & white, u kien innominat għall-aħjar direzzjoni artistika fl-Oscars.

Dan huwa t-trailer ta' dak il-film:



Fl-1958 Oreste Chircop irritorna lura Convent Garden u irtira mill-kant fis-sena 1960 fl-eta’ ta 37 sena.

F’Hollywood, Oreste Chircop iltaqa’ ma bosta nisa sbieħ. Saħansitra l-artista Rita Moreno ġiet Malta tliet darbiet apposta għax riedet tiżżewwġu!

L-attriċi Rita Moreno, li riedet tiżżewweġ lil Oreste Chircop

Imma Oreste ried jiżżewweġ mara Maltija! U fil-15 t’Awwissu tal-1963 iżżewweġ lil Therese – tfajla Maltija, u flimkien kellhom żewġt ibniet – Anita u Susan.

Ara hawnekk l-appuntament li kien ikollu Oreste kuljum:



Oreste Chircop irtira mill-karriera brillanti tiegħu fl-età żgħira ta’ 37 sena biex jiffoka fuq il-familja u fost ħafna qlajjiet, ir-raġuni propja għall-irtirar tiegħu kienet għax kellu problemi f’qalbu u kien jiġi mwissi mit-tobba sabiex ma jibqax ikanta għax kien qed jirriskja li jtih xi attakk u jmut zopptu fuq il-palk. Għalekk, The Vagabond King kellu jkun l-ewwel u l-aħħar film ta’ Oreste Chircop.


Oreste Chircop miet il-Ħadd 10 ta’ Mejju 1998 fl-eta’ ta 74 sena, bħal-lum 19-il sena ilu.

Kitba u Riċerka: Gino Tanti

No comments:

Post a Comment