Thursday, 25 May 2017

"Irrapportawni għax ħasbu li qed naqfel il-kelba ġo gaġġa magħluqa" - Alison Bezzina

Ritratt: Suki
Gaġġa maħluqa apposta biex il-kelba tkun tista' tissendika bla ebda problema, twassal sabiex Alison Bezzina tiġi rrapportata fuq moħqrija tal-annimali. 

Aħna tkellimna ma' Alison, sidt Suki (il-kelba) li tirrrakkontalna kif bħalma tagħmel kull filgħodu, ilbieraħ marret mixja mal-kelba tagħha.



Ritratt: Alison flimkien ma' Suki

Tispjega li malli daru l-kantuniera, rat żewġt irġiel tal-Animal Welfare li malli lemħithom ħasbet li kienet se tiltaqa' ma' xena ta' xi kelba mtajra iżda dawn avviċinaw lilha. Alison tgħid: "Dawn ħarsu lejja u lejn il-kelba u qishom tħassbu naqra, u qaluli jekk il-gaġġa ta' fuq il-bejt hijiex tiegħi." Filwaqt li qaltilhom iva, qalulha li kienu rrapportawha fuq moħqirija tal-annimali. Madankollu Alison tispjega: "huma u jitkellmu bdew iħarsu lejn din il-kelba rieqda f'idejja u bilkemm ma kinux diġà qed jidħku." Spjegawlha kif ma kellhiex għalfejn tinkwieta u kif kienu diġà ħarġu l-ġirien tagħha li qalulhom:  "Jekk hawn xi ħadd li żgur mhux se jaħqar l-annimali hija Alison għaliex saħansitra tiġborhom mit-triq u jekk ma jkunux tagħha xorta tara x'se tagħmel biex tgħin." 

Dak il-ħin Alison tgħidilna li bdiet taħseb li minħabba li ħafna nies jafuha bħala persuna li tħobb l-annimali, ipprovaw jagħlqulha ħalqha imma tgħidilna li tal-Animal Welfare assigurawha li kien każ ġenwin.  Fil-fatt Alison issostni: "Ma nagħtix tort lil min irrapportani għax meta taraha minn barra, ma tindunax li l-gaġġa mhijiex magħluqa." 


Ritratt: Suki u Alison
Alison tkompli tispjega li meta ż-żewġt irġiel telgħu jaraw il-gaġġa, indunaw li ma kienx każ ta' moħqrija, kif tista' tara fil-filmat t'hawn taħt. Alison tispjegalna l-użu ta' din il-gaġġa: "Minħabba li jiena noqgħod fuq nett, il-ħajt huwa għoli ħafna, tant li lanqas kelb kbir ma jirnexxilu jittawwal għal isfel, aħseb u ara kelba żgħira bħalma hi Suki. Il-kelba minn mindu kienet żgħira kienet tipprova titla' mal-ħajt meta tisma' xi ħsejjes ġejjin mit-triq biex tara x'hemm u kont irrid noqgħod nerfagħha kull kwarta. Għalhekk ħriġna bl-idea li nqabbdu lil xi ħadd jiddisinja xi ħaġa ħalli minbarra li niffrankaw li noqogħdu nerfgħuha, fl-istess ħin tieħu pjaċir, u hekk ġara."



No comments:

Post a Comment