top bar

Thursday, 25 May 2017

Imut l-ixjeħ saċerdot f'Malta

Nhar it-Tlieta li għadda miet l-iktar saċerdot anzjan f'Malta, Dun Joseph Borg Micallef, fl-età ta' 94 sena.

Dun Ġużepp, li ġie ordnat fit-2 ta' April 1949, qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu jgħix fid-Dar tal-Kleru.
Ix-xewqa tiegħu kienet li l-katavru tiegħu jingħata lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta' Malta għar-riċerka, u fil-fatt hekk ġara.
Nhar is-Sibt li ġej se tingħata l-aħħar tislima lil dan is-saċerdot fil-Knisja ta' San Publiju fil-Furjana, fid-9:00am.
Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

No comments:

Post a Comment