top bar

Wednesday, 10 May 2017

AĠĠORNATA: Il-preżentattriċi Ramona Attard issir omm



Aġġornata (17:59): Ma' Xarabank, Ramona tistqarr li “Apparti l-ovvju li ovvjament ninsabu kuntenti, it-tarbija kienet mistennija ħafna.” Tistqarr li filwaqt li qed tgħix l-esperjenza bħala omm fil-mument preżenti, tispjega li qed tipprova titgħallem u tagħmel dak kollu possibbli biex tkun omm tajba. 


Qabel:

Il-preżentattriċi u l-eks ġurnalista Ramona Attard saret omm.


Fuq Facebook, Ramona qalet hekk: "u mbagħad f'daqqa waħda ħajtek tinbidel... nilqgħu f'ħajjitna lit-tarbija Stella, maħbuba mill-familji tagħna u protetta mill-anġlu speċjali Ġużè. Grazzi Mulej."


Fl-aħħar xhur ħafna kienu dawk li qabdithom kurżità u bdew jispekulaw jekk Ramona kinitx tqila u fil-fatt il-ġimgħa l-oħra kienet ħabbret li l-programm tagħha se jibda jiġi preżentat minnn Veronique Dalli. Hi kienet spjegat li "s-sitwazzjoni personali tiegħi bħalissa tirrikjedi li għalissa ma nkomplix nagħmel il-programm jien."




It-tim ta' Xarabank jawgura lil Ramona Attard u lil Andrew Debattista għat-twelid tat-tarbija l-ġdida tagħhom!


Ritratt: Quillan Photography

No comments:

Post a Comment