Wednesday, 3 May 2017

Il-Maratona ta' Puttinu mhux se ssir dan ix-xahar



Il-maratona ta' 60 siegħa futbol u volleyball, li ssir kull sena b'risq Puttinu Cares, ġiet posposta.
Fi stqarrija, Puttinu Cares javża li l-maratona li kellha ssir fis-26, 27 u t-28 ta' Mejju se ssir iktar tard f'Settembru.

Filwaqt li jżid jgħid li dawk li rriservaw xi grawnd tal-futbol se jiġu kkuntattjati, jispjega li d-dettalji tad-data eżatta se tingħata iktar tard. 

Ix-xahar li għadda waqt Xarabank inġabret is-somma rekord ta' €1,320,194 għal Puttinu.

No comments:

Post a Comment