Wednesday, 31 May 2017

Il-kantant żagħżugħ Malti Mikhail Attard jgħaddi mill-ewwel fażijiet ta' X Factor


Mikhail Attard, magħruf għar-rwol tiegħu fis-serje televiżiva Ħbieb u Għedewwa, għadda mill-ewwel fażijiet ta' X Factor UK.
Fl-ewwel fażi tiegħu, Mikhail interpreta l-kanzunetta Rule the World ta' Take That fejn irċieva kummenti pożittivi tant li ngħata l-biljett l-aħmar biex jgħaddi għat-tieni fażi. F'din il-fażi, huwa kanta l-kanzunetta The Greatest Love of All ta' Whitney Houston u b'din l-interpretazzjoni ngħata l-biljett l-isfar.

Fit-tielet fażi, Mikhail ġie mitlub ikanta l-kanzunetta Bring Him Home mill-Musical Les Miserables, li hi kanzunetta għal qalbu ħafna minħabba li huwa ammiratur tal-teatru mużikali.


Fuq il-midja soċjali, Mikhail irringrazzja lit-tim tiegħu tas-sapport kontinwu, fosthom lill-familja tiegħu, lill-kowċ vokali tiegħu Glen Vella u lill-maniġer Marc Calleja Bayliss.

Filwaqt li huwa jaspira għal riżultat pożittiv, huwa jinsab kuntent li wasal s'hawnhekk.

Jekk Mikhail jagħmilha għall-fażi li jmiss, ikanta quddiem Simon Cowell!

Jekk tixtieq issir taf iktar dwar dan il-kantant, agħti ħarsa lejn il-paġna tiegħu ta' Facebook jew segwih fuq Twitter.

No comments:

Post a Comment