top bar

Wednesday, 3 May 2017

Godfrey Farrugia mhux se joħroġ mal-Partit Laburista



Ftit tal-minuti ilu, Dr Godfrey Farrugia ħabbar li mhux se joħroġ mal-Partit Laburista.


Fuq Facebook, Dr Farrugia qal li "għada ħa nagħlaq 57 sena. Illejla, waranofsinhar, iddeċidejt li ma jixraqlix li noħroġ ma' dak li qed isejjaħ lilu nnifsu Partit Laburista. Jiena Laburist u ma nħossnix li posti hemm."


Filwaqt li s-Sibt li għadda Dr Farrugia rriżenja mill-kariga ta' Whip tal-Partit Laburista, ġimagħtejn ilu f'Dissett, il-Kap tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia, la ċaħdet u lanqas ikkonfermat jekk Dr Farrugia hux se jkun mal-kanditati tal-partit tagħha.



1 comment:

  1. Qed niftakar f'EVA. Id-dinja kollha tistmerra fuq kif kellha tkun hi li tgħat gidma mit-tuffieħa lil ADAM

    ReplyDelete