sponsors

Wednesday, 3 May 2017

Dawn huma l-filmati mill-funeral ta' Sabina, omm Maxine u Ella


Għaddew 48 siegħa mill-funeral ta' Sabina, il-mamà ta' Maxine u Ella, u qed nippubblikaw ftit mill-filmati li ħadna waqt il-funeral. Sabina ħalliet din id-dinja nhar il-Ġimgħa li għadda wara li tilfet battalja qasira mal-kanċer. Sabina kellha 45 sena u ħalliet warajha lil żewġha Jonathan u liż-żewġ uliedha bniet Maxine u Ella, fost l-oħrajn.
Il-funeral sar fil-Katidral tal-Imdina, u għalih attendew mijiet ta' nies, fosthom il-President ta' Malta, diversi politiċi, personalitajiet u nies minn kull qasam tal-ħajja. Fil-funeral kantaw l-Animae Gospel Choir, immexxi minn Pamela Bezzina.


Ritratt: Maxine u Ella flimkien ma' missierhom
Il-quddiesa mexxiha Dun Marcellino Micallef, u fl-omelija tkellem dwar il-valuri tajbin ta' Sabina, li fi kliemu kienet mara tal-familja li tħobb ħafna u tagħmel ħafna karità.

Dun Marcellino irrakkonta li meta seba' xhur ilu miet missierha, lil ħutha Sabina qaltilhom: "issa ma nibżax immut, għax hemm missieri jistennieni." Qal ukoll li l-1 ta' Mejju jfakkru f'meta hu stess, ħafna snin ilu, tilef lil oħtu li kienet għadha żgħira u wkoll ħalliet familja warajha.

Dun Marcellino sellem lil Sabina bil-kliem tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm:
      Omm! ... xi ħlewwa, xi tjieba ta' isem!
Omm, il-kelma tal-faraġ fil-hemm,
Omm, il-kelma tal-ħniena fil-ħtija,
 Omm, il-kelma li trażżan id-demm.


Dun Marcellino rrakkonta kif tlett ijiem qabel ma ħduha l-isptar mar id-dar tagħha u hemm tkellmu dwar il-mewt. Jisepjga kif qaltlu li kienet qed tħoss li se tmut u xtaqet titkellem fuq il-mewt u f'dak il-mument tkellmu dwar dak li hemm lest għal min iħobb lil Ġesù. Żied jgħid li Sabina xtaqet li tqerr u b'dan is-sagrament ingħatat il-grazzja li titla' fi ħdan il-grazzja ta' Alla.

Ara l-filmat hawn taħt:



No comments:

Post a Comment