sponsors

Thursday, 25 May 2017

Bjorn jidħol l-isptar...


Bjorn jinsab l-isptar minħabba trombożi iżda f'dan l-istadju għandu appell għall-Gvern li se jinħatar fit-3 ta' Ġunju.

Fuq Facebook, Bjorn jispjega li f'dan il-punt ma jissorprendi ruħu b'xejn iktar u li hija battalja diffiċli iżda xorta jrid ikompli jiġġieled.
Jistqarr: "Il-ħajja hija magħmula minn sitwazzjonijiet li rridu ngħaddu minnhom biex nirnexxu. Il-politika trivjali hija waħda minn dawk is-sitwazzjonijiet u li niġġieldu ma' xulxin fuq il-kulur aħmar, blu, aħdar u oranġjo mhijiex importanti meta aħna nistgħu ngħinu lil xulxin f'sitwazzjonijiet diffiċli.
Jispjega: "Aħna ningħaqdu biex ngħinu f'ħafna kawżi, niġbru miljuni matul is-sena u l-ħaġa li toqtolni hija li nara lil kulħadd jiġġieled fuq il-partiti politiċi. Għaliex irridu nobogħdu lil xulxin minħabba elezzjoni?!"
Iżid jgħid: "Il-politika mhijiex dwar l-għajjat u l-ġlied. Hija dwar li noħolqu possibbiltajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. U dak li qed nippruvaw nagħmlu, noħolqu possibiltajiet ġodda għall-persuna fis-soċjetà fuq bażi voluntarja mingħajr ma jkollna interess individiwali jew kisba finanzjarja."
Jistqarr ukoll: "Inċapċpu lill-Gvern għall-appoġġ li ta lill-proġett tal-ALS lura f'Marzu, iżda issa qed NISFIDA lill-gvern preżenti jew lil partit li se jkun fil-Gvern wara t-3 ta' Ġunju biex biex jestendi l-manteniment annwali mhux biss lill-pazjenti tal-ALS imma għal KULL pazjent li għandu problema newroloġika.
Itemm jgħid: "Issa għandek opportunità biex tagħmel liċ-ċittadini tiegħek kburin. Ejjew inkunu proattivi u pożittivi, u nġibu sinjal ta' arja nadifa fil-politika Maltija."



No comments:

Post a Comment