Monday, 29 May 2017

BIL-FILMAT: Noffri ma' Simon u Kristina



F'Xarabank kien twieled proġett li sar mill-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Il-proġett jismu Noffri u fih jinġabru mhux flus imma ħin volontarju. Fost in-nies li offrew il-ħin volontarju kien hemm Dr Simon Busuttil. U aħna morna niffilmjaw lilu u lil Kristina jagħmlu dan il-ħin ta' volontarjat.

Is-soltu f'Xarabank jinġabru l-flus imma f'din l-okkażjoni nġabar il-ħin ta' nies li bdew iċemplu u joffru ammont ta' ħin ma' għaqdiet volontarji. Dakinhar f'Xarabank kienu nġabru 'l fuq minn 90,000 siegħa. Fost dawn li offrew il-ħin għall-volontarjat kien hemm il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Arċisqof u diversi personalitajiet oħra.


Fil-programm Xarabank konna wrejna l-feature tal-Prim Ministru meta mar jagħmel ix-xogħol volontarju li kien offra mal-persuni tal-iSpecial Olympics. F'Xarabank kellna naraw ukoll il-feature dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni u x-xogħol volontarju tiegħu mar-residenti tal-Caritas. Iżda dan il-feature ma laħaqx ħareġ waqt Xarabank.

Hekk kif imbagħad tħabbret l-Elezzjoni Ġenerali u anke minħabba kwistjoni ta' bilanċ, Xarabank ma setax joħroġ dan il-feature fuq it-televixin. Allura qed noħorġuh fuq is-sit tagħna ta' Xarabank. Qed noħorġu wkoll il-feature li kien deher f'Xarabank dwar il-ħin volontarju tal-Prim Ministru.

No comments:

Post a Comment