Thursday, 25 May 2017

BIL-FILMAT: Jiżfnu biex jgħinu lil Bjorn


Street Elements Hiphop Artists, li huwa grupp ta’ żeffiena Maltin immexxi minn Charlene Grange u Liston Bongailas, ilu fil-kultura ta' żfin break dance u hiphop għal dawn l-aħħar 12-il sena u matulhom dejjem kellu l-għan li jgħin lill-komunità.

Ma’ Xarabank, Liston Bongailas, żeffien ta’ Street Elements Hiphop Aritists u Underground Shadowz, jispjega li bħalissa qed iżommu l-frażi We are Hiphop biex iwasslu l-messaġġ li l-hiphop jilqa' lil kulħadd bla ebda limitu dak li biż-żfin jgħinu lis-soċjetà. Fil-fatt Liston jispjega li dan il-grupp: “jaħdem bi sħiħ ma’ ħafna organizzazzjonijiet fosthom ma’ ALS Malta, Aġenzija Żgħażagħ u mal-NGO Breaking Limits.” Minbarra li taw xi klassijiet b’xejn fejn fost oħrajn ġabru għall-ALS Malta u għal Puttinu Care, Liston jgħid li “flimkien mal-NGO Breaking Limit qed nipprovaw niġbru l-fondi biex nagħtu klassijiet b’xejn lill-persuni b’diżabiltà u bi problemi soċjali biex ngħinu liż-żgħażagħ isibu skop f'ħajjithom u nżommuwhom 'il bogħod minn kull vizzju ħażin.”


Ritratt: Gomez Xuereb


Jispjega li bit-tir li jkomplu jgħinu lis-soċjetà b’din l-arti, dan il-grupp ukoll għamel xi klassijiet f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ fejn ġabru liż-żgħażagħ il-Belt Valletta u għamlulhom xi workshops u xi kompetizzjonijiet żgħar. 

Però dan il-grupp għandu xewqa oħra: "Li nwasslu l-messaġġ li l-hiphop u l-break dance f’Malta għadhom jeżistu u rridu nsaħħuhom. Fiż-żfin hemm ħafna elementi li wieħed jista’ jiggwadanja minnhom imma sfortunament f’Malta m’għandniex daqshekk pubbliċità biex dawn l-affarijiet jingħaqdu.” 

Fi xhur li għaddew dan il-grupp kiseb ukoll diversi suċċessi, tant li iktar kmieni dan ix-xahar flimkien ma’ Underground Shadows Crew ta isem tajjeb lil Malta b’żewġ titli li kisbu f’żewġ kategoriji differenti u hemmhekk ikkompetew ma' pajjiżi differenti u ġew fit-8 u fis-16-il post minn 40 pajjiż. Barra minn hekk, f’Jannar li għadda l-istess grupp ikkwalifika fit-8 post minn 40 pajjiż ieħor fl-Italja.




Jekk tixtieq issir taf aktar dwar Street Elements Hiphop Artists u l-attivitajiet li se jagħmlu tistgħu żuru l-paġna tagħhom hawnhekk.

Ritratt tal-faċċata: Stefan Stafrace

No comments:

Post a Comment