top bar

Monday, 29 May 2017

BIL-FILMAT: Jibqa' dieħel f'faċċata ta' ħanut f'Paceville



Filmat li qed idur fuq Facebook juri sewwieq ta' karozza jibqa' dieħel f'faċċata ta' ħanut f'Paceville.


Ma' Xarabank, kelliema għall-Pulizija tistqarr li l-każ seħħ għall-ħabta tal-3:45am fi Triq Santu Wistin meta s-sewwieq li kien qed isuq karozza ta' tip BMW tela' fuq il-bankina u laqat tliet muturi, u wara baqa' dieħel f'faċċata ta' ħanut.

Filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ, bħalissa għaddejja tfittxija għas-sewwieq.

Ara l-filmat hawn taħt:




 Filmat: Felix Marcel Barbara

No comments:

Post a Comment