top bar

Monday, 22 May 2017

BIL-FILMAT: "Irċevejt telefonata mingħand il-President Marie-Louise Coleiro Preca" - Destiny


Wara li Destiny Chukunyere għaddiet għall-fażi li jmiss ta' Britain's Got Talent, hija rċeviet telefonata mingħand il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Waqt il-programm This Morning fuq ITV, Destiny tistqarr: "skoprejt li naf nkanta ta' 10 snin u minn hemm bdejt nieħu l-mużika bis-serjetà." 

Omm Destiny, Alexia tispjega kif: "il-kowċ tal-vuċi tagħha kkuntattjatni għaliex hija għalliema fl-iskola li tattendi Destiny u qaltli li rat talent fiha u xtaqet li tiggwidaha għaliex baqgħet impressjonata meta semgħetha tkanta."

Destiny tispjega li rċeviet numru ta' telefonati iżda kien hemm waħda partikolari li kienet mingħand il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Filwaqt li tispjega li baqgħet impressjonata li kienet il-President li qed tkellimha, tistqarr: "din kienet l-aqwa ħaġa li qatt ġratli matul din il-ġimgħa u f'din it-telefonata awguratli għall-wirja impressjonanti." Iżżid tgħid ukoll li taf li kienet il-President għaliex kienet kantat quddiemha.

Ritratt: Destiny flimkien ma' ommha Alexia
Dwar il-fażi li jmiss ta' Britain's Got Talent, Destiny tgħid: "ilni naħdem ħafna u nħossni preparata biżżejjed biex nagħti wirja impressjonanti. Issa nistennew u naraw."

Omm Destiny tistqarr: "inħossni kburija u kuntenta għaliha li x-xewqa tagħha qed issir realtà."

Ara l-filmat t'hawn taħt:


Filmat: This Morning

No comments:

Post a Comment