Saturday, 20 May 2017

ESKLUSSIVA: Titkellem Destiny



Aġġornata (10:34):



F'kumment esklussiv, ma' Xarabank Destiny tgħid li "kif tafu llejla fuq ITV għandi l-audition ta' Britain's Got Talent. Qiegħda nħossni eċċitata ħafna li fl-aħħar ix-xogħol kollu li għamilt wassalni għal din l-esperjenza." Iżżid tgħid li "però ma nistax ngħid li għamiltha kollha waħdi din l-esperjenza u għalhekk nixtieq nirringrazzja ħafna lil Gordon Bonello li għenni ħafna. Imnalla kien hu għalija għaliex illum wasalt s'hawnhekk minħabba fih għax prepara kollox għalija biex nitla' għal Britain's Got Talent." Tistqarr li "nixtieq nirringrazzjah u ngħidlu li nħobbu."

Destiny tirringrazzja wkoll lill-Maltin u lill-Għawdxin "talli tissapportjawni u li tħobbuni, u nixtieq ngħidilkom grazzi wkoll għaliex li kieku ma kontux intom għalija, jiena ma wasaltx s'hawnhekk illum." Iżżid tgħid li "jiena ġejt għall-audition ta' Britain's Got Talent mhux għalija biss imma biex nirrappreżenta lil Malta u lil Għawdex, u veru nħossni kuntenta u eċċitata ħafna, mimlija b'emozzjonijiet differenti."

Destiny tirringrazzja wkoll lil Peppi u lit-tim kollu ta' Xarabank u tgħid li "veru nħossni ferħana u kuntenta li għandi nies bħalkom jissapportjawni."

Qabel:

Il-kantanta Destiny Chukunyere ngħażlet biex tkanta quddiem Simon Cowell, fost personalitajiet oħra magħrufa, f'Britain's Got Talent.

Destiny, li fl-2015 rebħet il-Malta Junior Eurovision Song Contest, għaddiet biex tidher quddiem it-televiżjoni, wara li fl-aħħar audition li kellha l-ġurija għaddewha u saħansitra tawha anke standing ovation

F'Diċembru 2015, Xarabank kien bassar li Destiny se tkanta quddiem Simon Cowell, iżda fil-programm f'X-Factor, kif tista' tara fil-filmat t'hawn taħt. Dan kien filmat manipulat proprju biex Xarabank ibassar li din tal-lejla kienet se tiġri.







3 comments:

  1. The footage is not from tonights program. They are two total different programs. Nicely done though.

    ReplyDelete
  2. Of course it's 'fake' - the clip is called 'IF Destiny had to participate in The X Factor'.Very well done though!

    ReplyDelete