top bar

Monday, 15 May 2017

...Awguri Eċċellenza!


Illum l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna jagħlaq 58 sena.

L-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Charles J. Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela, twieled f’Toronto, il-Kanada, nhar il-15 ta’Mejju 1959.

Fis-6 ta’ Ottubru 2012, Mons. Scicluna ġie nnominat bħala Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Ġie kkonsagrat Isqof fl-24 ta’ Novembru 2012 u fit-28 ta’ Novembru 2012, tħabbret il-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fil-Vatikan.

Wara r-riżenja ta’ Mons. Pawlu Cremona O.P minn Arċisqof ta’ Malta, il-Papa Franġisku innomina lil Mons. Sciclua bħala amministratur Appostoliku sede vacante, bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Fis-27 ta’ Frar 2015, Mons. Scicluna nħatar Arċisqof ta’ Malta mill-Papa Franġisku.

Erġa' għix l-ingress tal-Arċisqof ta’ Malta bil-filmat t’hawn taħt:



Sors: The Church in Malta
Kitba u riċerka: Gino Tanti

No comments:

Post a Comment