sponsors

Wednesday, 31 May 2017

Ara x'għamlu dawn iż-żewġt iħbieb li għandhom fehmiet politiċi differenti


Kull fejn tmur bħalissa ħaġa waħda biss qed tiddomina fid-diskors tan-nies; il-politika, lil din taf tgħaqqad u tifred lill-poplu fl-istess ħin. 


Filwaqt li tgħaqqad lill-partitarji ta' kull partit f'xi mass meeting jew rally, fl-istess waqt li kieku jkollok tiġbed ritratt ta' Malta minn fuq nett, tara baħar ta' nies lebsin l-aħmar u baħar ieħor iddominat mill-kulur blu. Fi kliem ieħor, kulur qed jifred lill-istess poplu li f'okkażjonijiet oħra tarah magħqud ħaġa waħda.

Iżda minkejja t-tensjoni li hawn bħalissa fil-pajjiż, issib lil min ġenwinament ma jħallix it-twemmin politiku tiegħu jxellef il-ħbiberija ma' persuna oħra. U din is-sitwazzjoni nistgħu narawha f'dawn iż-żewġ ġuvintur li minkejja li jżommu ma' partiti differenti, kif jixhdu l-bnadar u l-flokkijiet li lebsin, il-ħbiberija tirbaħ fuq it-twemmin politiku.


Fil-fatt wieħed minnhom jistqarr hekk: "Jiena u sieħbi nżommu ma' partit differenti imma ddeċidejna li nieħdu ritratt biex nagħtu eżempju li aħna lkoll Maltin u ħaġa waħda, u avolja nissapportjaw partit differenti, ma jkunx hemm ġlied minħabba l-partit."

No comments:

Post a Comment