sponsors

Wednesday, 12 April 2017

Xarabank jerġa' jiġi l-ewwel


Xarabank jerġa' jiġi ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f’Malta u Għawdex. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin ilu. Mill-istħarriġ joħroġ li bħala programmi, fit-tieni post ġie Strada Stretta waqt li fit-tielet post X Factor. Imorru tajjeb ukoll id-drammi fuq TVM La Tħobbnix, Manuela u Inkwilini. 

L-aħbarijiet ta’ Televixin Malta huma l-iktar aħbarijiet segwiti u jirregistraw l-ogħla udjenzi u huwa fil-ħin tal-aħbarijiet tat-tmienja fuq TVM li tkun irreġistrata l-akbar udjenza fil-ħinijiet kollha fuq l-istazzjonijiet kollha f’Malta u Għawdex.

Mitlub jikkumenta, Peppi Azzopardi qal “nifirħu b’dan ir-riżultat fl-għeluq tal-għoxrin sena ta’ Xarabank u nwiegħdu li nibqgħu nagħtu vuċi lin-nies kif dejjem għamilna.” Azzopardi jappella għal nhar il-Ġimgħa:“Nhar il-Ġimgħa għalina huwa importanti iktar minn kull stħarriġ għax Puttinu qed jagħmel ħafna u ħafna ġid. Puttinu ma jeżistix mingħajr il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi."

Ritratt: Mario Mintoff

No comments:

Post a Comment