top bar

Saturday, 22 April 2017

Xarabank innominat għall-unur tal-aqwa programm ta' ġrajjiet kurrenti


Xarabank ġie nnominat għall-Malta Television Awards ta' din is-sena bħala l-aqwa programm ta' ġrajjiet kurrenti. Ma' Xarabank ġew innominati wkoll il-programmi Dissett, Arena u Ħu Siġġu.

Waħda mill-editors ta' Xarabank - Chantanne Cauchi - ukoll ġiet innominata għall-Malta Television Awards bħala l-aqwa editor u Mark Laurence Zammit, magħruf aktar bħala Mark ta' Xarabank ġie nnominat fil-kategorija Breakthrough/Upcoming Talent Award.


In-nominati tħabbru f'serata li ttellgħet apposta lbieraħ, fl-istess ħin meta fuq Xarabank konna qed inxandru live id-dibattitu tant mistenni bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Ir-rebbieħa se jitħabbru f'serata li se ssir fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 6 ta' Mejju li ġej.

Il-ġimgħa l-oħra ħareġ ukoll ir-riżultat ta' stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għal darba oħra iddikjara lil Xarabank bħala l-aktar programm segwit mill-programmi kollha, fuq l-istazzjonijiet kollha.

Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lilkom li ssegwu l-programm, għax huwa INTOM li żżommuna għaddejjin!

No comments:

Post a Comment