Friday, 7 April 2017

AĠĠORNATA: Vettura tibqa' dieħla fin-nies f'Stokkolma

AĠĠORNATA (21:27): Il-midja Żvediża tirrapporta li minn tal-inqas erba' persuni sfaw maqtula. Filwaqt li l-pulizija tistqarr li persuna waħda ġiet arrestata, ħarġet ukoll ritratt ta' raġel li nqabbad fuq CCTV u jidher li għandu rabta b'dan il-każ.

AĠĠORNATA (16:39) Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Lofven qal li pajjiżu ġie attakk u kollox jindika li dan kien attakk terroristiku. Filwaqt li żied jgħid li ġiet arrestata persuna, ma ta ebda dettalji.

Ritratt: BBC News



AĠĠORNATA (15:48):  Xhieda fuq il-post qal li "hemm konfużjoni sħiħa. Ma nafx kemm indarbu nies imma ħafna jinsabu taħt xokk."

AĠĠORNATA (15:36): Minn tal-inqas tliet min-nies inqatlu wara li trakk baqa' dieħel f'maħżen f'Stokkolma. 
Skont rapporti internazzjonali nstemgħu wkoll xi sparaturi. 


Ritratt: BBC News

AĠĠORNATA (3:27): L-inċident seħħ ftit qabel it-15:00, fi Triq Drottininggatan, waħda mill-iktar toroq li fiha jimxu ħafna nies. Xhieda fuq il-post qalu li raw għadd ta' nies mixħutin mal-art. 

QABEL:


Diversi nies sfaw midruba fl-Iżvezja.

Skont rapporti internazzjonali, vettura baqgħet dieħla fin-nies fil-belt kapitali ta' Stokkolma.



Ritratt: Skynews

Ritratt tal-faċċata: Reuters

No comments:

Post a Comment