Friday, 28 April 2017

AĠĠORNATA: Tmut Sabina, omm Maxine u Ella


Aġġornata (14:04):

Fuq Facebook, Maxine, it-tifla ta' Sabina, tistqarr li "ftit tas-sigħat ilu tlift waħda mill-iktar tliet persuni importanti f'ħajti; l-iktar mara sabiħa u kuraġġuża li naf."


Tispjega li "għadni xxokkjata u ma nistax nemmen li s-sabiħa ommi kellha tiġġieled kontra battalja f'qasir żmien. Iżżid tgħid: "mama', inti kollox għalija, inti l-unika persuna li lilek kont ngħidlek kollox, l-ikbar ħabiba tiegħi, il-motivazzjoni tiegħi, l-ispirazzjoni tiegħi u s-sapport numru 1 tiegħi."

Ittemm tgħid li "issa inti anġlu kustodju tiegħi għall-bqija ta' ħajti. L-ebda kliem ma jista' jiddeskrivi kemm jiena muġugħa bħalissa. Qatt ma stennejt li se tħallina daqshekk malajr. Inħobbok mama'. Inti tfisser id-dinja għalija. Qed nimmissjak diġa'."


Aġġornata (14:00):

Peppi Azzopardi, il-preżentatur ta' Xarabank, isellem il-memorja ta' Sabina b'din il-poeżija:



Qabel:

Illum tħabbret il-mewt ta’ Sabina Pace, ta’ 45 sena,  il-mama' ta’ Maxine u Ella u l-mara ta’ Jonathan tal-Logo Graphics.


Lil Sabina taħkima marda xahar u nofs ilu. Hija kienet ħabiba kbira ta’ Angie Laus ta’ Ħadd Għalik li magħna tistqarr li “Sabina kienet persuna unika. Kellha ħafna affarijiet sbieħ f’ħajjitha imma dejjem lesta tgħin lil kulħadd, tifhem lil dawk li għaddejjin fid-diffikulta' u kienet tgħin fis-skiet. 


Angie tkompli tgħidilna kif kienet omm speċjali: “Kienet tgħix għal uliedha u fl-istess ħin tagħtijom spazju biex jimirħu fl-għazliet li jagħmlu.”



Fil-programm Xarabank għal Puttinu, minkejja li ommhom kienet f’qagħda kritika, uliedha, Maxine u Ella, kienu f’Xarabank tul il-programm kollu jgħinu biex tinġabar is-somma sabiħa għall-Puttinu.

It-tim ta Xarabank jixtieq jibgħat il-kondoljanzi lil familja u l-ħbieb.

5 comments:

  1. May God grant her eternal rest an sincere condolences to her Family

    ReplyDelete
  2. Our condolances to all the family! Sabina was a great women. Those who knew he can confirm this. Always sapportive with her family and friends! May she rest in peace! R.I.P.

    ReplyDelete
  3. Ahbar kera u mhux mstennija. Kondoljanzi lil Jonathan, habib antik ghal hafna zmien u l-familja u hbieb. Hekk il hajja habib. RIP.

    ReplyDelete