top bar

Friday, 7 April 2017

AĠĠORNATA: Il-bezzun Richard jibdel ismu għal Mark




AĠĠORNATA (11:15): Xi ftit tal-minuti ilu, ir-restorant biddel ir-reklam u issa l-hot dog jismu Mark minflok Richard.





Wara l-filmat li dar fuq il-mezzi soċjali ta' żewġ persuni jagħmlu att sesswali fil-karozza, restorant f'Għawdex iddeċieda li jirreklama l-hot dog billi jsemmih Richard, isem li fil-filmat issemma għall-parti sesswali tal-ġuvni involut f'dan il-filmat.

Ma' Xarabank.com.mt, mara tgħid li "ninsab iddiżgustata u ma stajtx nemmen x'qed nara meta tela' dan ir-reklam fuq Facebook." Tispjega li "dawn in-nies diġà għaddejjin minn ħafna dwejjaq u qed nimmaġinani minflok dik l-omm ta' din it-tfajla li għaddejja minn dan kollu." Isostni, "aħna min aħna biex niġġudikaw? Ħadd ma jagħmel ħażin? Kulħadd hu tajjeb hawn Malta?"

Tgħid li "mhijiex strateġija kummeċjali li xi ħadd jagħmel ħsara lil ħaddieħor biex jaqla' lira u jiġbed lin-nies." Tispjega li "dawn naħseb ħasbuha b'moħħhom għax kienu jafu li se jkollhom pubbliċità tajba u ħażina, u bi pubbliċità ħażina xorta tista' tagħmel it-tajjeb għax xi ħadd li jkun għaddej minn hemmhekk jgħidlek dak ta' Facebook."

Tappella biex kull persuna "tgħix u tħalli lil min jgħix u kulħadd jista' jkun iktar qalbieni u jipprova jaħseb qabel ma niktbu u nitkellmu."



No comments:

Post a Comment