Tuesday, 25 April 2017

Raġel jittella' mejjet mill-baħar f'Kemmuna


Pollakk ta' 61 sena tilef ħajtu wara li ntlemaħ mitluf minn sensih f'wiċċ l-ilma f'Kemmuna.

Kien għall-ħabta tas-14:20 meta l-Pulizija ssejħet biex tagħti l-assistenza tagħha. Mill-ewwel stħarriġ irrizulta li r-raġel tittella' mill-baħar minn xi nies wara li ntlemaħ mitluf minn sensih.

Ir-raġel ġie ċċeritifikat mejjet minn tabib li ssejjaħ fuq il-post flimkien ma' tim mediku u mal-Forzi Armati ta' Malta. 

Filwaqt li nfteħet inkjesta maġisterjali, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratt tal-faċċata: The Malta Police Force

No comments:

Post a Comment