Tuesday, 11 April 2017

Qed jiżfnu ma' 'Breathlessly' fl-Amerika wkoll!



Il-kanzunetta ta' Claudia Fianello, 'Breathlessly', intużat f'koreografija taż-żfin f'Denver fl-Istati Uniti.

Il-filmat li ttella' fuq YouTube juri koreografija taż-żfin li saret l-Erbgħa filgħaxija minn grupp ta' żeffiena professjonali.

Id-Direttur Artistiku tal-kumpanija Davis Contemporary Dance Company, Terrell Davis, stqarr fid-deskrizzjoni li jogħġbuh l-vokali u t-talent meraviljuż tal-artista minn Malta, Claudia Faniello. Iżid jgħid li "d-diska ċċaqlaq lil ruħek."

Claudia Faniello se tirrappreżenta lil Malta fit-tieni semifinali u se tkanta l-ħames waħda fil-11 ta' Mejju f'Kiev, fl-Ukrajna.



Ara l-filmat hawn taħt:
Ritratt tal-faċċata: Kris Micallef


No comments:

Post a Comment